Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2019 – Growth Energy u Renewable Fuels Association vs Il-Kunsill

(Kawża T-276/13 RENV) 1

(“Dumping – Importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti – Dazju antidumping definittiv – Tħassir tal-att ikkontestat – Għajbien tal-interess ġuridiku – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Growth Energy (Washington, DC, l-Istati Uniti) u Renewable Fuels Association (Washington) (rappreżentanti: P. Vander Schueren u M. Peristeraki, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert, aġent, assistit minn N. Tuominen, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u M. França, aġenti), ePURE, de Europese Producenten Unie van Hernieuwbare Ethanol (rappreżentanti: O. Prost u A. Massot, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 157/2013 tat-18 ta’ Frar 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU 2013 L 49, p. 10), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti u lill-membri tagħhom.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Growth Energy, Renewable Fuels Association, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea u ePURE, de Europese Producenten Unie van Hernieuwbare Ethanol għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 226, 3.8.2013..