Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Marzu 2009 - La Sonrisa de Carmen u Bloom Clothes vs UASI - Heldmann (BLOOMCLOTHES)

(Kawża T-118/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: La Sonrisa de Carmen SL (Vigo, Spanja), Bloom Clothes SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: S. Míguez Pereira, abogada)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Harald Heldmann (Hamburg, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tat-8 ta' Jannar 2009 fil-Każ R 695/2008-2 u tordna r-reġistrazzjoni tat-trade mark imħallta BLOOMCLOTHES bħala trade mark Komunitarja fil-klassijiet 25 u 35.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark imħallta komposta mit-terminu "BLOOMCLOTHES" flimkien ma' tpinġija ta' faqqiegħ (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5.077.128) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 35.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Harald Heldmann.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali "BLOOM" (Trade mark Ġermaniża Nru 30.439.990) għal prodotti fil-klassi 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1) [issostitwit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)].

____________