Language of document : ECLI:EU:T:2012:575





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 — IDT Biologika vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T-503/10)

“Kuntratti pubbliċi għal provvisti — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista fis-Serbja ta’ vaċċini anti-rabies — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor”

1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002) (ara l-punti 19, 20)

2.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Obbligu li jiġu osservati l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti u ta’ trasparenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikoli 89(1) u 168) (ara l-punt 51)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika tas-Serbja, tal-10 ta’ Awwissu 2010 (ĠU 2010/S 192‑292332), li tagħti l-kuntratt bir-referenza EuropeAid/129809/C/SUP/RS, dwar il-provvista fis-Serbja ta’ vaċċini anti-rabies għal kampanji ta’ tilqim fis-Serbja, lill-konsorzju mmexxi mill-kumpannija Bioveta a.s. u li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

IDT Biologika GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.