Language of document : ECLI:EU:T:2013:160





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ April 2013 — Höganäs vs UASI — Haynes (ASTALOY)

(Kawża T‑505/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Trade mark Komunitarja verbali ASTALOY — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti HASTELLOY — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Koeżistenza ta’ trade marks”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 12)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 16, 22, 38, 39)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali ASTALOY u HASTELLOY (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19, 21, 27, 28, 34, 37, 68, 69)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Koeżistenza f’suq determinat ta’ żewġ trade marks (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 47-49, 51)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Awwissu 2010 (Każ R 1530/2009‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Haynes International, Inc. u Höganäs AB.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Höganäs AB hija kkundannata għall-ispejjeż.