Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Mejju 2007 - Longevity Health Products Inc. vs L-UASI - Celltech (Cellutrim)

(Kawża T-169/07)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Longevity Health Products Inc. (Nassau, Bahamas) (rappreżentant: J.E. Korab, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Celltech Pharma GmbH & Co. KG

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell tas-7 ta' Marzu 2007 u tiċħad it-talba għall-annullament imressqa minn Celltech Pharma GmbH & Co. KG tat-trade mark Komunitarja Nru 3979036; u

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba ta' annullament: It-trade mark verbali "Cellutrim" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35 (Trade mark Komunitarja No 3979036).

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob l-annullament tat-trade mark Komunitarja: Celltech Pharma GmbH & Co. KG

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Annullament tat-trade mark Komunitarja in kwistjoni għall-prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Motivazzjoni żbaljata tal-Bord ta' l-Appell peress li mhemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti

____________