Language of document : ECLI:EU:T:2008:172





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2008 – Atlantic Dawn et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-172/07)

“Rikors għal annullament – Kwoti ta’ sajd – Regolament (KE) Nru 2371/2002 – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 2371/2002; Regolament tal-Kummissjoni Nru 147/2007) (ara l-punti 34-50)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 147/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jadatta ċerti kwoti ta’ ħut [sajd] mill-2007 sal-2012 skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 46, p. 10).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ir-rikorrenti, Atlantic Dawn Ltd et, għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.