Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Diċembru 2012 - Il-Kummissjoni vs Siemens

(Kawża T-579/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Mölls, aġenti)

Konvenuta: Siemens AG (München, il-Ġermanja)

Talbiet

tikkundanna lil Siemens AG tħallas lir-rikorrenti s-somma ta' EUR 671 234 flimkien mal-interessi skont ir-rata bażika miżjuda b'5 punti, dovuti b'effett mill-preżentata tar-rikors, skont l-Artikolu 247 BGB;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti ssostni li abbażi tal-kuntratt li hija ffirmat mal-konvenuta, hija għandha dritt għall-ħlas tad-danni tal-ispejjeż supplimentari marbuta mal-irkupru tardiv tal-materjal li tqiegħed għad-dispożizzjoni. Barra minn hekk, tali danni għandhom jitħallsu skont id-dritt Ġermaniż applikabbli għall-kuntratt, speċifikament l-Artikolu 304, kif ukoll l-Artikoli 280 u 286 BGB.

____________