Language of document : ECLI:EU:T:2014:678





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2014 — National Iranian Oil Company vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑578/12)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran sabiex jipprevjenu l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Entità infrastatali — Locus standi u interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni — Indikazzjoni u għażla tal-bażi legali — Kompetenza tal-Kunsill — Prinċipju ta’ prevedibbiltà tal-atti tal-Unjoni — Kunċett ta’ appoġġ għall-proliferazzjoni nukleari — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Proporzjonalità — Dritt ta’ proprjetà”

1.                     Rikors għal annullament — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Interess ġuridiku — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Rikors kontra att li jimponi miżuri restrittivi fir-rigward tar-rikorrent — Organizzazzjoni governattiva li tinvoka l-protezzjoni u l-garanziji marbuta mad-drittijiet fundamentali — Assenza ta’ dispożizzjoni li teskludi Stat terz mid-dritt għal azzjoni legali — Ammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47) (ara l-punti 35, 36)

2.                     Rikors għal annullament — Motivi — Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Raġuni distinta minn dik li tirrigwarda l-legalità fil-mertu (Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE) (ara l-punt 44)

3.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Setgħa tal-Kunsill, dwar miżuri restrittivi bbażati fuq l-Artikolu 215 TFUE, li jirrikorri għall-proċedura prevista fl-Artikolu 291(2) TFUE (Artikoli 215 TFUE u 291(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 46(2)) (ara l-punti 54, 55)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Regolamenti — Regolament dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran — Kompetenzi ta’ eżekuzzjoni rriżervati mill-Kunsill — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Każijiet speċifiċi u motivati (Artikoli 215 TFUE u 291(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 46(2)) (ara l-punti 58-83)

5.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità — Portata — Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni 2010/413 — Inklużjoni (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(c) u 2012/635/PESK, Artikolu 1(8)(a)) (ara l-punti 92-96)

6.                     Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-prolifeazzjoni nukleari — Portata tal-istħarriġ (Artikolu 29 TUE; Artikolu 215(2) TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(c) u 2012/635/PESK, Artikolu (8)(a)); Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 23(2)(d)) (ara l-punti 105-108)

7.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Ċertezza legali — Leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Rekwiżit ta’ ċarezza u ta’ prevedibbiltà (ara l-punti 112, 113, 115-123)

8.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Proporzjonalità — Natura proporzjonata ta’ miżura — Kriterji ta’ evalwazzjoni (ara l-punt 126)

9.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Restrizzjoni tad-dritt ta’ proprjetà — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza (Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(c), u 2012/635/PESK, Artikolu 1(8)(a); Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 23(2)(d)) (ara l-punti 127, 128)

10.                     Drittijiet fundamentali — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Kamp ta’ applikazzjoni — Invokazzjoni minn persuna ġuridika meqjusa bħala emanazzjoni ta’ Stat terz — Rispett tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali tal-persuni u tal-entitajiet kollha suġġetti għal miżuri restrittivi — Ammissibbiltà (Artikolu 215(3) TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 17, 41 u 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, premessa 25; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, premessa 26) (ara l-punti 169-171)

11.                     Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Portata tal-istħarriġ — Esklużjoni ta’ elementi li nġiebu għall-attenzjoni tal-istituzzjoni wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata (Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 945/2012) (ara l-punt 177)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 82, p. 58), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 16).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

National Iranian Oil Company għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.