Language of document : ECLI:EU:T:2018:729





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2018 – Laboratoire Pareva vs Il-Kummissjoni

(Kawża T337/18 R II)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Regolament (UE) Nru 528/2012 – Prodotti bijoċidali – Sustanza attiva PHMB (1415;4.7) – Rifjut ta’ approvazzjoni –Talba għal miżuri provviżorji – Talba ġdida – Assenza ta’ fatti ġodda – Inammissibbiltà”)

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Ċaħda tat-talba – Possibbiltà li titressaq talba ġdida – Kundizzjoni – Fatti ġodda – Kunċett

(Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE;Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 160)

(ara l-punti 7-9)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/619 tal-20 ta’ April 2018 li ma tapprovax il-PHMB (1415; 4.7) bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi 1, 5 u 6 (ĠU 2018, L 102, p. 21), u min-naħa l-oħra, għall-adozzjoni ta’ kull miżura provviżorja adegwata oħra.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.