Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2014 – Sales & Solutions vs UASI – Wattline (WATTLINE)

(Kawża T-46/14)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sales & Solutions GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Gründig-Schnelle, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wattline GmbH (Ruderting, il-Ġermanja)

Talbiet

tibdel id-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Novembru 2013, fil-Każ R 1668/2012-4 fis-sens li l-oppożizzjoni tintlaqa’ b’mod sħiħ u l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tiġi miċħuda;

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Wattline GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “WATTLINE” għal servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 42 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 908 345

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali u figurattiva Ġermaniża u t-trade mark verbali u figurattiva Komunitarja “Watt” għal servizzi fil-klassijiet 35, 39 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u ksur tar-Regola 20(7)(c) u tar-Regola 50 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95.