Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Heidrick & Struggles International vs UASI (THE LEADERSHIP COMPANY)

(Kawża T-43/14) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali THE LEADERSHIP COMPANY – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Heidrick & Struggles International, Inc. (Chicago, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Norris, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 338/2013-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali THE LEADERSHIP COMPANY bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Heidrick & Struggles International Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż