Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Ġunju 2012 - Berning & Söhne vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-445/07) 

("Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq taż-żippijiet u ta' 'tipi oħra ta' qafliet' kif ukoll tal-magni tal-ħjata - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Żidiet fil-prezzijiet miftiehma, iffissar tal-prezzijiet minimi, taqsim tal-klijentela u tas-swieq u skambju ta' informazzjoni kummerċjali oħra - Prova - Drittijiet tad-difiża - Ksur uniku u kontinwat - Preskrizzjoni - Multi - Tul u gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Berning & Söhne GmbH & Co. KG (Wuppertal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Niggemann u K. Gaßner, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mojzesowicz u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4257 finali, tad-19 ta' Settembru 2007, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/39.168 - PO/Prodotti tal-haberdashery tal-metall u tal-plastik: qafliet), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti mill-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud

Berning & Söhne GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 37, 09.02.2008.