Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Diċembru 2007 - Royal Applliance International vs UASI - BSH Bosh und Siemens Hausgeräte (Centrixx)

(Kawża T-446/07)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Royal Applliance International GmbH (Hilden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: Rechtsanwälte K.-J. Michaeli u M. Schork)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (Munich, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Awla tal-Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tat-3 ta' Ottubru 2007, fil-kawża R 572/2006-4;

tordna li l-UASI għandu jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Royal Applliance International GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Centrixx" għal prodotti fil-klassi 7 (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3 016 227)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniż "sensixx" għal prodotti fil-klassi 7 (Nru 30 244 090)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: ċaħda ta' l-oppożizzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: annullament tad-deċiżjoni tad-diviżjoni ta' l-oppożizzjoni u ċaħda ta' l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/941, ladarba l-Bord ta' l-Appell ma applikax korrettament il-prinċipji żviluppati mill-ġurisprudenza Komunitarja dwar l-eżami tal-possibbiltà ta' konfużjoni.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja, ta' l-20 ta' Diċembru (ĠU 1994, L 11, p. 1).