Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Settembru 2009 - Royal Appliance International vs UASI - BSH Bosch und Siemens Hausgeräte (Centrixx)

(Kawża T-446/07)1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Centrixx - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti sensixx - Raġuni relattiva għal rifjut - Riskju ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"]

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Royal Appliance International GmbH (Hilden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K.-J. Michaeli u M. Schork, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Schäffner u B. Schmidt, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (Münich, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta' Ottubru 2007 (Każ R 572/2006-4) fir-rigward ta' proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH u Royal Appliance international GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Appliance International GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 37, 9.2.2008.