Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Ġunju 2009 - CPEM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-444/07)1

(FSE - Kanċellament ta' għajnuna finanzjarja - Rapport tal-OLAF)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Centre de promotion de l'emploi par la micro-entreprise (CPEM) (Marsilja, Franza) (rappreżentant: C. Bonnefoi, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 4645, tal-4 ta' Ottubru 2007, li tikkanċella l-għajnuna mogħtija mill-Fond Soċjali Ewropew permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (1999) 2645, tas-17 ta' Awwissu 1999, kif ukoll talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Is-Centre de promotion de l'emploi par la micro-entreprise (CPEM) għandu jbati l-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedura għal miżuri provviżorji.

____________

1 - ĠU C 37, 9.2.2008.