Language of document : ECLI:EU:T:2012:11





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Jannar 2012 — Djebel — SGPS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-422/07)

“Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna intiża sabiex tippromwovi strateġiji tan-negozju moderni u kompetittivi — Għajnuna prevista għal kumpannija kummerċjali fil-forma ta’ self issussidjat fil-kuntest ta’ investiment ta’ din il-kumpannija fil-Brażil — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Ugwaljanza fit-trattament”

1.                     Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni — Talbiet intiżi li tinkiseb sentenza dikjaratorja — Inammissibbiltà (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 50)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata — Deċiżjoni li ssegwi d-direzzjoni ta’ deċiżjonijiet preċedenti — Motivazzjoni sommarja — Deċiżjoni li tmur sostanzjalment lil hinn mid-deċiżjonijiet preċedenti — Motivazzjoni espliċita (Artikoli 87(1) KE u 253 KE) (ara l-punti 52-54, 57, 58, 70)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Għajnuna ta’ importanza żgħira u ta’ daqs żgħir tal-impriża li ma teskludix a priori l-effett fuq il-kummerċ (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 81-85, 88-90, 97, 100)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju (Artikolu 87(3) KE) (ara l-punti 107, 108)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Għajnuna li tista’ tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 87(3)(ċ) KE — Assenza ta’ neċessità u ta’ effett ta’ inċentiv tal-għajnuna — Esklużjoni (Artikolu 87(3)(ċ) KE) (ara l-punti 118-124)

6.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Sistema ġenerali ta’ għajnuna approvata mill-Kummissjoni — Approvazzjoni bil-kundizzjoni li tiġi imposta n-notifika individwali ta’ ċerta għajnuna — Eżami ta’ tali għajnuna nnotifikata biss fid-dawl tar-regoli tat-Trattat (ara l-punti 144, 147-149)

7.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat — Kontribuzzjoni ta’ kapital (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 157, 158)

8.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Evalwazzjoni tal-legalità skont l-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tal-iżvilupp prevedibbli tal-kompetizzjoni (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 168-170)

9.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Proċedura amministrattiva — Obbligi tal-Kummissjoni — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Ksur — Konsegwenzi — Annullament tad-deċiżjoni fil-każ ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża (Artikolu 88(2) KE) (ara l-punti 174-176)

10.                     Dritt tal-Unjoni — Prinċipji — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Possibbiltà għall-Kummissjoni li tieħu inkunsiderazzjoni l-iżvilupp tas-suq komuni fir-rigward ta’ deċiżjoni preċedenti — Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Assenza (ara l-punti 199, 200, 202, 203)

Suġġett

Rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/582/KE, tal‑10 ta’ Mejju 2007, dwar għajnuna mill-Istat C 4/2006 (ex N 180/2005) — Il‑Portugall — Għajnuna għal Djebel (ĠU L 219, p. 30).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Djebel — SGPS, SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.