Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Deutsche Post vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-421/07 RENV)1

“Għajnuna mill-IstatDistribuzzjoni ta’ postaMiżuri adottati mill-awtoritajiet Ġermaniżi favur Deutsche Post AGDeċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KEInteress ġuridikuFtuħ mill-ġdid ta’ proċedura magħluqaEffetti ta’ sentenza ta’ annullament”

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Sedemund u T. Lübbig, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk, T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Partijiet konvenuti in sostenn tal-parti konvenuta : UPS Europe NV/SA (Brussell, il-Belġju); UPS Deutschland Inc. & Co. OHG (Neuss, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Ottervanger, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Settembru 2007, li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2), [KE] fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur Deutsche Post AG [għajnuna mill-Istat C 36/07 (ex NN 25/07).DispożittivId-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Settembru 2007, dwar il-ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2), KE fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur Deutsche Post AG [għajnuna mill-Istat C 36/07 (ex NN 25/07)] hija annullata sa fejn din tiftaħ il-proċedura ta’ eżami formali fir-rigward tal-miżuri pubbliċi msemmija, bl-eċċezzjoni tal-garanziji mill-Istat mogħtija favur Deutsche Bundespost Postdienst u favur Deutsche Post.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż tagħha, għal dawk ukoll sostnuti minn Deutsche Post għar-rikors għal annullament, inklużi dawk sostnuti fil-proċedura ta’ appel quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.UPS Europe NV/SA u UPS Deutschland Inc. & Co. OHG għand

hom jbatu l-

ispejjeż tagħhom.

____________

1  ĠU C 22, 26.1.2008.