Language of document : ECLI:EU:T:2015:654

Kawża T‑421/07 RENV

Deutsche Post AG

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Għajnuna mill-Istat – Distribuzzjoni ta’ posta – Miżuri adottati mill-awtoritajiet Ġermaniżi favur Deutsche Post AG – Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE – Interess ġuridiku – Ftuħ mill-ġdid ta’ proċedura magħluqa – Effetti ta’ sentenza ta’ annullament”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Settembru 2015

1.      Appell – Interess ġuridiku – Kundizzjoni – Appell li jista’ jagħti benefiċċju għall-parti li ppreżentatu

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Irtirar – Atti illegali – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq il-proċedura ta’ eżami formali – Kundizzjonijiet – Osservanza ta’ terminu raġonevoli u tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Possibbiltà ta’ rtirar li ma hijiex limitata għas-sitwazzjoni unika prevista fl-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 659/1999

(Artikolu 88(2), KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 9)

3.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ mill-ġdid proċedura ta’ eżami formali magħluqa – Assenza ta’ revoka jew ta’ irtirar tad-deċiżjoni tal-għeluq – Inammissibbiltà

(Artikolu 88(2), KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999)

4.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ mill-ġdid il-proċedura ta’ eżami formali magħluqa – Evalwazzjoni tal-legalità skont informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni – Kunsiderazzjonijiet retrospettivi – Assenza ta’ effett

(Artikolu 88(2), KE)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 29, 33-35)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 45-47)

3.      L-ebda dispożizzjoni tar-Regolament Nru 659/1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, ma tagħti lill-Kummissjoni l-fakultà li tiftaħ mill-ġdid proċedura ta’ eżami formali, bħal dik prevista fl-Artikolu 88(2) KE, magħluqa u li tadotta deċiżjoni ġdida mingħajr ma tħassar jew tirtira d-deċiżjoni magħluqa.

Ċertament, tali ftuħ mill-ġdid ma huwiex ipprojbit espliċitament mir-Regolament Nru 659/1999. Madankollu, dan imur kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali kif ukoll kontra l-ispirtu tal-imsemmi regolament, li l-premessa 3 tiegħu turi li l-bżonn li tissaħħaħ iċ-ċertezza legali kien wieħed mir-raġunijiet għall-adozzjoni tiegħu u li l-premessa 9 tiegħu tindika li l-proċedura ta’ eżami formali hija magħluqa permezz ta’ deċiżjoni finali.

Fil-fatt, minn naħa, tali ftuħ mill-ġdid kien jimplika l-koeżistenza fl-ordinament ġuridiku taż-żewġ deċiżjonijiet inkompatibbli. Min-naħa l-oħra, jekk tiġi ammessa l-possibbiltà tal-Kummissjoni li tiftaħ mill-ġdid proċedura ta’ eżami formali magħluqa u li tadotta deċiżjoni ġdida mingħajr ma tħassar jew tirtira minn qabel id-deċiżjoni tal-għeluq, il-Kummissjoni tkun permessa li tmur lura f’kull mument minn dik id-deċiżjoni, u b’hekk tipprekludi lill-partijiet ikkonċernati mill-proċedura ta’ eżami magħluqa li jkollhom l-inqas ċertezza fuq is-sitwazzjoni legali.

Konsegwentement, l-annullament tad-deċiżjoni ta’ għeluq ta’ proċedura ta’ eżami formali mill-qorti tal-Unjoni għandha titqies, fl-assenza tal-irtirar jew tat-tħassir ta’ din id-deċiżjoni, li hija kundizzjoni formali neċessarja u preliminari għall-ftuħ mill-ġdid tal-imsemmija proċedura. Jekk le, il-partijiet ikkonċernati mill-proċedura ta’ eżami formali jitpoġġew f’sitwazzjoni ta’ inċertezza dwar in-natura tad-deċiżjoni ta’ ftuħ mill-ġdid, inkompatibbli mal-bżonn li tissaħħaħ iċ-ċertezza legali li hija waħda mir-raġunijiet għall-adozzjoni tar-Regolament Nru 659/1999.

(ara l-punti 50-52, 62)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 55)