Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Novembru 2007 - Pioneer Hi-Bred International vs L-UASI (OPTIMUM)

(Kawża T-424/07)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pioneer Hi-Bred International Inc. (Johnston, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Würtenberger, R. Kunze, u T. Wittmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tal-11 ta' Settembru 2007 fil-kawża R 288/2007-2 dwar l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 4 893 053 'OPTIMUM';

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali 'OPTIMUM' għall-prodotti fil-klassi 1 - Applikazzjoni Nru 4 893 053

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Rifjut ta' l-applikazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 7(1)(b) u (c), 7(2), 73 u 74 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li ma ġiex ikkunsidrat il-fatt li l-prodotti in kwistjoni jindirizzaw pubbliku speċjalizzat u peress li d-deċiżjoni ma kinitx sostnuta bi prova ta' l-użu tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni.

____________