Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Jannar 2009 - Pioneer Hi-Bred International vs UASI (OPTIMUM)

(Kawża T-424/07)1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OPTIMUM - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Obbligu ta' motivazzjoni - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 73u Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pioneer Hi-Bred International, Inc. (Johnston, Iowa, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Würtenberger, R. Kunze u T. Wittmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta' Settembru 2007 (Każ R 288/2007-2) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali OPTIMUM bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Pioneer Hi-Bred International, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 8, 12.1.2008.