Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-29 ta' Ġunju 2010 - Esneau-Kappé vs L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizijia (Europol)

(Kawża F-42/09)1

(Servizz pubbliku - Perunsal tal-Europol - Nuqqas ta' tiġdid ta' kuntratt - Kuntratt għal żmien indeterminat - Artikolu 6 tal-Istatut tal-Persunal tal-Europol - Prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Anne Esneau-Kappé (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment irrappreżentata minn P. de Casparis, avukat, sussegwentement minn W. J. Dammingh u N. D. Dane, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizijia (Europol) (rappreżentanti: D. Neumann u D. El Khoury, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur u R. Van der Hout, avukati)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li tinforma lir-rikorrenti li ma kienx possibbli li tiġi offruta impjieg permanenti, kif ukoll tad-deċiżjoni tas-7 ta' Jannar 2009 li tiċħad il-kontestazzjoni li saret kontra l-ewwel deċiżjoni.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li permezz tagħha l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) rrifjuta li jagħti kuntratt għal żmien indeterminat lil A. Esneau-Kappé hija annullata.

Il-Europol huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 180, 01.08.09 p.63.