Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Nedri Spanstaal vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-391/10) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing – Iffissar ta’ kwoti u ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ – Dħul mill-bejgħ rilevanti – Kooperazzjoni maul il-proċedura amministrattiva – Linji gwida dwar il-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006”)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Nedri Spanstaal BV (Venlo, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment M. Slotboom u B. Haan, sussegwentement M. Slotboom, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel, S. Noë u V. Bottka, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269, finali, tal-4 ta’ April 2011.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Nedri Spanstaal BV għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispej

jeż sost

nuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 301, 6.11.2010.