Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Mejju 2013 - Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-261/13)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: (M. Bulterman u J. Langer)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament Nru 119/2013 2, sa fejn l-Artikolu 1(2) ta' dan ir-regolament ma jistax jiġi sseparat mill-kumplament tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-regolament. L-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 119/2003 jikkostitwixxi l-qofol ta' dan ir-regolament u għalhekk, bit-tneħħija tal-Artikolu 1(2), il-kumplament tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-regolament jitilfu s-sens tagħhom.

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 119/2013;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 2494/95 4, sa fejn, f'tali regolament, il-Eurostat hija identifikata bħala l-entità responsabbli sabiex tistabbilixxi u taġġorna l-linji gwida.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 13(2) TUE, sa fejn il-Eurostat hija awtorizzata tistabbilixxi u taġġorna linji gwida legalment vinkolanti.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 338(1) TUE, sa fejn, għall-finijiet tal-istabbiliment tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet tal-konsum fuq rati tat-taxxa kostanti, jintużaw linji gwida u mhux wieħed mill-istrumenti legali previsti fl-Artikolu 288 TFUE.

Ir-raba' motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 5(3) u 14(3) tar-Regolament Nru 2494/95, ikkunsidrati flimkien mal-Artikolu 5bis tad-Deċiżjoni 1999/468 , sa fejn tiġi stabbilita proċedura differenti mill-proċedura regolatorja bi skrutinju.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 291 TFUE, ikkunsidrat flimkien mar-Regolament Nru 182/2011 , sa fejn ma ġiet prevista ebda waħda mill-proċeduri previsti fir-Regolament Nru 182/2011 fir-rigward tal-istabbiliment u tal-aġġornament tal-linji gwida.

____________

1 - Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 119/2013, tal-11 ta' Frar 2013, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2214/96 li jikkonċerna indiċi armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (HICP): trasmissjoni u tixrid ta' sottoindiċi tal-HICP, rigward l-istabbiliment tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet tal-konsum fuq rati tat-taxxa kostanti (ĠU L 41, p. 1).

2 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95, tat-23 ta' Ottubru 1995, dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 39).

3 - Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tat-28 ta' Ġunju 1999, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 124), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta' Lulju 2006 (ĠU L 76M, 16.03.2007, p. 100).

4 - Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta' Frar 2011, li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, p. 13).