Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2015 – AgriCapital vs UASI – agri.capital (AGRI.CAPITAL)

(Kawża T-514/13) 1

(Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AGRI.CAPITAL – Trade marks Komunitarji verbali preċedenti AgriCapital u AGRICAPITAL – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ xebh tas-servizzi – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AgriCapital Corp. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Meyer u M. Gramsch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: agri.capital GmbH (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Nordemann-Schiffel, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Lulju 2013 (Każ R 2236/2012-2), dwar proċedimenti ta’oppożizzjoni bejn AgriCapital Corp. u agri.capital GmbH. DispożittivIr-rikors huwa miċħud.AgriCapital Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.