Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Lulju 2009 - infeurope vs Il-Kummissjoni
("Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni, għal annullament u għad-danni - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Sejħa għal offerti dwar il-manutenzjoni tas-sistemi informatiċi tal-UASI - Appell amministrattiv quddiem il-Kummissjoni - Deċiżjoni impliċita ta' ċaħda tal-Kummissjoni - Talbiet ġodda - Rabta bejn rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni u rikors għad-danni - Inammissibbiltà manifesta")
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: infeurope (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: O. Mader, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Bambara u E. Manhaeve, aġenti)
Suġġett
L-ewwel nett, prinċipalment, talba intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni naqset milli tieħu azzjoni sa fejn hija astjeniet illegalment milli tannulla d-deċiżjoni ta' għoti tal-kuntratti qafas tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) wara l-proċedura ta' sejħa għal offerti AO/042/05 għall-manutenzjoni tas-software relatat mas-sistemi tal-attività prinċipali tal-UASI fir-rigward tat-trade marks u disinni, kif ukoll li ttemm il-ftehim speċifiku konkluż wara dawn il-kuntratti qafas u, sussidjarjament, talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad l-appell amministrattiv tar-rikorrenti tat-2 ta' Diċmebru 2007 fil-kuntest tal-imsemmija sejħa għal offerti u, it-tieni nett, talba intiża għall-kumpens tad-dannu allegatament subit minħabba l-allegati nuqqasijiet illegali tal-Kummissjoni.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Infeurope hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni.
____________1 - ĠU C 171, 5.7.2008.