Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2021 – Jiruš vs EUIPO – Nile Clothing (Racing Syndicate)

(Kawża T-356/20) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Racing Syndicate – Trade mark internazzjonali verbali preċedenti SYNDICATE – Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell – Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001]”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Václav Jiruš (Vitín, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: J. Zedníková, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nile Clothing AG (Sutz-Lattrigen, l-Isvizzera) (rappreżentanti: C. Raßmann, M. Suether u F. Adinolfi, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Marzu 2020 (Każ R 1488/2019-5), rigward proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Nile Clothing u V. Jiruš.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Václav Jiruš huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 255, 3.8.2020.