Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2021 – St. Hippolyt vs EUIPO – Elephant (Strong like nature)

(Kawża T-352/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Strong like nature – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea STRONG NATURE – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: St. Hippolyt Holding GmbH (Dielheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Gail, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lapinskaite u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Preduzeće za proizvodnju, unutrašnju i spoljnu trgovinu Elephant Co. d.o.o. (Belgrad, is-Serbja) (rappreżentant: D. Cañadas Arcas, avukata)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Marzu 2020 (Każ R 1909/2019-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Preduzeće za proizvodnju, unutrašnju i spoljnu trgovinu Elephant u St. Hippolyt Holding.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

St. Hippolyt Holding GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 247, 27.7.2020.