Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' April 2009 - ISDIN vs UASI - Pfizer (ISDIN)

(Kawża T-153/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ISDIN, SA (Barċellona, Spanja) (rappreżentant: M. Esteve Sanz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pfizer Ltd (Sandwich, Ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta' Jannar 2009 fil-Każ R 309/2008-1;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta' Jannar 2009 fil-Każ R 309/2008-1, sa fejn din annullat ir-reġistrazzjoni ta' trade Komunitarja li l-invalidità tagħha intalbet għal ċertu numru ta' prodotti fil-klassi 5;

tikkundanna lill-UASI, kif ukoll, jekk ikun il-każ, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċediment quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta' talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali "ISDIN", irreġistrata għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: L-annullament parzjali tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja kkontestata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 73 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/941 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) kif ukoll tar-regola 50(2)(h) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/952, sa fejn il-Bord tal-Appell naqas mill-obbligu tiegħu ta' motivazzjoni f'dak li jirrigwarda l-probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni; ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 51(1)(a) (li sar l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009), l-Artikolu 8(1)(b) (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) u l-Artikolu 74 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) meħuda flimkien, sa fejn il-Bord tal-Appell irrifjuta li jieħu inkunsiderazzjoni l-limitazzjoni tal-lista tal-prodotti magħmula mir-rikorrenti fin-nota tagħha li tesponi l-motivi tar-rikors u, minħabba dan, qieset b'mod ġenerali li l-prodotti inkwistjoni kienu jixxiebhu; sussidjarjament, ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 51(1)(a) u 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 meħuda flimkien, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tirreferi għal ċerti prodotti fil-klassi 5; ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 51(1)(a) u 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 meħuda flimkien, sa fejn il-Bord tal-Appell ikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni għall-prodotti kollha inizjalment koperti mit-trade mark kkontestata.

____________

1 - Sostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU L 78, p. 1.

2 - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta' Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU 1995, L 303, p. 1).