Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Mejju 2013 – Voss of Norway vs UASI – Nordic Spirit (Forma ta’ flixkun ċilindriku)

(Kawża T-178/11) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja tridimensjonali li tirrappreżenta l-forma ta’ flixkun ċilindriku – Raġuni assoluta għal rifjut”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Voss of Norway ASA (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentanti: F. Jacobacci u B. La Tella, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u V. Melgar, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Nordic Spirit AB (publ) (Stokkolma, l-Isvezja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Jannar 2011 (Każ R 785/2010-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Nordic Spirit AB (publ) u Voss of Norway ASA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Voss of Norway ASA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 145, 14.05.2011.