Language of document : ECLI:EU:T:2013:272





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Mejju 2013 — Voss of Norway vs UASI – Nordic Spirit (Forma ta’ flixkun ċilindriku)

(Kawża T‑178/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja tridimensjonali li tirrappreżenta l-forma ta’ flixkun ċilindriku — Raġuni assoluta għal rifjut”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 38, 39)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade marks tridimensjonali li huma kkostitwiti mill-forma tal-prodott — Karattru distintiv — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 41-44)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta l-forma ta’ flixkun ċilindriku (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 55, 56, 62)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Jannar 2011 (Każ R 785/2010‑1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Nordic Spirit AB (publ) u Voss of Norway ASA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Voss of Norway ASA hija kkundannata għall-ispejjeż.