Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Ottubru 2012 - Stromberg Menswear vs UASI - Leketoy Stormberg Inter (STORMBERG)

(Kawża T-457/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stromberg Menswear Ltd (Leeds, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Tsoutsanis, avukat, u C. Tulley, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Leketoy Stormberg Inter AS (Kristiansand S, in-Norveġja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-3 ta' Awwissu 2012, fil-Każ R 428/2012-4;

temenda d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-3 ta' Awwissu 2012, fil-Każ R 428/2012-4 u tilqa' t-talba għal restitutio in integrum, u i) primarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-UASI sabiex tippermetti t-tibdil, jew, ii) sussidjarjament, tippermetti lil Stromberg Menswear tappella mid-deċiżjoni tal-UASI sabiex jilqa' t-tibdil u jirrinvija l-appell mill-ġdid quddiem il-Bord tal-Appell; u

tordna lill-UASI sabiex iħallas kwalunkwe u l-ispejjeż kollha anki dawk legali ta' Stromberg Menswear b'konnessjoni mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark verbali "STORMBERG", għal oġġetti u servizzi fil-klassi 25 - Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2557155

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: il-proċedimenti għall-kanċellazzjoni ddikjarati magħluqa wara li t-trade mark Komunitarja kkontestata ġiet irrinunzjata mill-proprejtarju tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell inammissibbli

Motivi invokati:

ksur tal-Artikoli 57 sa 60 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 u tar-Regola 48(1)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95;

ksur tal-Artikolu 81 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________