Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Mejju 2012 - Aitic Penteo vs UASI - Atos Worldline (PENTEO)

(Kawża T-585/10) 

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PENTEO - Trade marks tal-Benelux u internazzjonali verbali preċedenti XENTEO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aitic Penteo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Atos Worldline SA (Brussell, il-Belġju)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta' Settembru 2011 (Każ R 774/2010-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Atos Worldline SA u Aitic Penteo, SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Aitic Penteo, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 63, 26.02.2011