Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Ottubru 2012 - Yilmaz vs UASI - Tequila Cuervo (TEQUILA MATADOR HECHO EN MEXICO)

(Kawża T-584/10) 

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TEQUILA MATADOR HECHO EN MEXICO - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti MATADOR - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mustafa Yilmaz (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn F. Kuschmirek, sussegwentement minn F. Stangl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tequila Cuervo, SA de CV (Tlaquepaque, Jalisco, il-Messiku) (rappreżentant: S. Salvetti, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta' Ottubru 2010 (Każ R 1162/2009-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Mustafa Yilmaz u Tequila Cuervo, SA de CV.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors sa fejn dan jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-13 ta' Ottubru 2010 (Każ R 1162/2009 2), sa fejn din aċċettat ir-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għall-prodott "xorb alkoħoliku".

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Mustafa Yilmaz għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti mill-UASI u minn Tequila Cuervo, SA de CV.

____________

1 - ĠU C 55, 19.02.2011.