Language of document : ECLI:EU:T:2011:722





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011 – Aktieselskabet af 21. november 2001 vs UASI – Parfums Givenchy (only givenchy)

(Kawża T-586/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva only givenchy – Trade marks verbali Komunitarji u nazzjonali preċedenti ONLY – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 23, 24, 35-37, 48, 53)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 1556/2009‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aktieselskabet af 21. november 2001 u Parfums Givenchy SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Aktieselskabet af 21. november 2001 hija kkundannata għall-ispejjeż.