Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2010 - Aktieselskabet af 21. november 2001 vs UASI - Parfums Givenchy (only givenchy)

(Kawża T-586/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aktieselskabet af 21. november 2001 (Brande, id-Danimarka) (rappreżentant: C. Christiansen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Parfums Givenchy SA (Levallois Perret, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-7 ta' Ottubru 2010, fil-Każ R 1556/2009-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kulur "only givenchy", għal prodotti fil-klassi 3 - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 3980241.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Daniża Nru VR 2001 03359 "ONLY", inter alia għal prodotti fil-klassijiet 3 u 9; it-trade mark verbali Daniża Nru VR 2000 02183 "ONLY", għal prodotti fil-klassi 25; it-trade mark verbali Komunitarja Nru 638833 "ONLY", għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkunsidra li ma hemm l-ebda probabbiltà ta' konfużjoni u li l-pubbliku rilevanti ma jistabbilixxix rabta jew konnessjoni bejn it-trade marks preċedenti u t-trade mark ikkontestata.

____________