Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2013 – Van Neyghem vs Il-Kunsill

(Kawża T-113/13 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2007 – Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 7 – Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 266 TFUE – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Kris Van Neyghem (Tienen, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Appellat: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-12 ta’ Diċembru 2012, Van Neyghem vs Il-Kunsill (F-77/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Kris Van Neyghem għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.

____________

1 ĠU C 147, 25.05.2013.