Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2105 – Dennekamp vs Il-Parlament

(Kawża T-115/13) 1

[“Aċċess għad-dokumenti Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti marbuta mal-affiljazzjoni ta’ ċerti membri tal-Parlament fl-iskema tal-pensjoni addizzjonali - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-ħajja privata u mal-integrità tal-individwu - Artikolu 8(b) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 - Trasferiment tad-data ta’ natura personali - Kundizzjonijiet marbuta man-neċessità ta’ trasferiment tad-data u mar-riskju ta’ preġudizzju tal-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gert-Jan Dennekamp (Giethoorn, Il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: O. Brouwer, T. Oeyen u E. Raedts, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u N. Görlitz, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: H. Leppo, aġent); Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: inizjalment A. Falk, C. Meyer-Seitz, S. Johannesson u U. Persson, sussegwentement A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson, E. Karlsson, L. Swedenborg, C. Hagerman u F. Sjövall, aġenti); u il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) (rappreżentanti: A. Buchta u U. Kallenberger, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni A (2012) 13180 tal-Parlament, tal-11 ta’ Diċembru 2012, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti marbuta mal-affiljazzjoni ta’ ċerti membri tal-Parlament fl-iskema tal-pensjoni addizzjonali.DispożittivMa hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal annullament tad-Deċiżjoni A (2012) 13180 tal-Parlament, tal-11 ta’ Diċembru 2012, li tirrifjuta li tagħti lil Gert-Jan Dennekamp l-aċċess għal ċerti dokumenti marbuta mal-affiljazzjoni ta’ ċerti membri tal-Parlament fl-iskema tal-pensjoni addizzjonali, sa fejn biha ġie rrifjutat l-aċċess għall-ismijiet ta’ 65 membru tal-Parlament rikorrenti fil-kawżi li taw lok għad-digriet tal-15 ta’ Diċembru 2010, Albertini u Donnelly vs Il-Parlament (T-219/09 u T-326/09, Ġabra, EU:T:2010:519), u għas-sentenza tat-18 ta’ Ottubru 2011, Purvis vs Il-Parlament (T-439/09, Ġabra, EU:T:2011:600).Id-Deċiżjoni A (2012) 13180 hija annullata sa fejn biha ġie rrifjutat l-aċċess għall-ismijiet tal-membri parteċipanti fl-iskema tal-pensjoni addizzjonali tal-Parlament li, bħala membri tal-assemblea plenarja tal-Parlament, effettivament ipparteċipaw fil-votazzjonijiet fuq din l-iskema tal-pensjoni addizzjonali waqt l-iskrutinji tal-24 ta’ April 2007, tat-22 ta’ April 2008 u tal-10 ta’ Mejju 2012.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Parlament għandu jbati l-ispejjeż proprji tiegħu u tliet kwarti minn dawk ta’ Dennekamp.De

nnekamp għan

du jbati kwart mill-ispejjeż proprji tiegħu.Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD), ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1  ĠU C 114, 20.4.2013.