Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Carafogli vs BĊE

(Kawża T-114/13 P) 1

(“Appell – Persunal tal-BĊE – Ilment imressaq għal diskriminazzjoni u fastidju psikoloġiku – Deċiżjoni tal-BĊE li jagħlaq l-investigazzjoni amministrattiva miftuħa wara l-ilment – Rifjut ta’ aċċess għal provi matul il-proċedura amministrattiva – Ċaħda ta’ talba sabiex tiġi ordnata l-produzzjoni tal-provi matul il-proċedura ġudizzjarja – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Żball ta’ liġi”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Maria Concetta Cerafogli (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Appellat: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: F. Feyerbacher u B. Ehlers, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2012, Cerafogli vs BĊE (F-43/10, ĠabraSP, EU:F:2012:184), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.DispożittivIs-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2012, Cerafogli vs BĊE (F-43/10), hija annullata.Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.L-ispejjeż huma rriżervati.

____________

1 ĠU C 114, 20.4.13.