Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2024 – Doorinn vs EUIPO (Pożizzjoni ta’ tikketta fuq saqqu)

(Kawża T-147/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Doorinn GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Brexl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsisti fil-pożizzjoni ta’ tikketta fuq saqqu – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 718 069

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2024 fil-Każ R 986/2023-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________