Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2014 – Sanofi vs UASI – GP Pharm (GEPRAL)

(Kawża T-493/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea – Trade mark verbali GEPRAL – Trade mark internazzjonali verbali preċedenti DELPRAL – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sanofi (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Hertz-Eichenrode, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: GP Pharm, SA (Sant Quinti de Mediona, Spanja)SuġġettRikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Settembru 2012 (Każ R 201/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sanofi SA u GP Pharm SA.DispożittivId-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-5 ta’ Settembru 2012 (Każ R 201/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sanofi SA u GP Pharm SA, hija annullata.L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.