Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Diċembru 2008 - Cixi Jiangnan Chemical Fiber et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-537/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cixi Jiangnan Chemical Fiber Co. Ltd, Cixi Santai Chemical Fiber Co. Ltd, Cixi Sansheng Chemical Fiber Co. Ltd, Jiangyin Changlong Chemical Fibre Co. Ltd, Ningbo Dafa Chemical Fiber Co. Ltd, Xiake Color Spinning Co. Ltd, Zhejiang Waysun Chemical Fiber Co. Ltd, Zhejiang Anshun Pettechs Fibre Co. Ltd (Ċina) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, avukat, G. Vallera, Barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 893/2008, tal-10 ta' Settembru 2008, li jżomm fis-seħħ dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' staple fibres tal-poliesteri li joriġinaw mill-Belarus, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mill-Arabja Sawdija u mill-Korea wara reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/961, b'effett retroattiv mid-29 ta' Diċembru 2006, jiġifieri l-ġurnata li fiha importazzjonijiet ta' staple fibres tal-poliesteri mit-Tajwan u mill-Malasja ġew suġġetti għal dażji antidumping provviżorji li l-Kummissjoni ddeċidiet li ma tiġborx fid-Deċiżjoni tagħha Nru 2007/430/KE tad-19 ta' Ġunju 20072 ;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti, kumpanniji bbażati fiċ-Ċina, jitolbu l-annullament tar-Regolament tal-Kunsill Nru 893/2008 li jżomm fis-seħħ id-dazji antidumping fir-rigward, fost oħrajn, tal-importazzjonijiet ta' staple fibres tal-poliesteri (PSF) prodotti mir-rikorrenti u li joriġinaw miċ-Ċina. Ir-rikorrenti jallegaw li fuq il-PSF li joriġinaw miċ-Ċina għandu jiġi applikat l-istess trattament bħal dak applikat fuq il-PSF li joriġinaw mill-Malasja u mit-Tajwan fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2007/430/KE. Konsegwentement, id-dazju antidumping għandu jitħassar mill-istess data, jiġifieri mid-29 ta' Diċembru 2006, fir-rigward tal-PSF li joriġinaw miċ-Ċina.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali mressqa mir-rikorrenti huma identiċi għal dawk invokati fil-Kawża T-536/08, Huvis vs Il-Kunsill.

____________

1 - ĠU L 247, p. 1.

2 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2007 li jtemm il-proċediment ta' kontra d-dumping rigward l-importazzjonijiet ta' fibri sintetiċi tal-poliesteri ta' qisien ta'' qosor predeterminat (il-PSF) li joriġinaw mill-Malasja u t-Tajwan u li jirrilaxxa l-ammonti assigurati permezz tad-dazji proviżorji imposti (ĠU L 160, p. 30).