Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Novembru 2007 - Michail vs Il-Kummissjoni
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta' żvilupp tal-karriera - Eżerċizzju ta' evalwazzjoni għas-sena 2004 - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Christos Michail (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Meïdanis)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment C. Berardis-Kayser u K. Herrmann, aġenti, wara H. Tserepa-Lacombe, aġent, assistit minn E. Bourtzalas, avocat)
Suġġett tal-kawża
Minn naħa, l-annullament tar-rapport ta' żvilupp tal-karriera tar-rikorrenti għas-sena 2004 u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 154, 1.7.2006, p. 24