Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 – Fri-El Acerra vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-551/10) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Sussidju previst għall-akkwist u għall-konverżjoni ta’ impjant termoelettriku f’impjant ta’ enerġija elettrika li titħaddem bil-bijokombustibbli – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Applikazzjoni ratione temporis tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għal skopijiet reġjonali – Aspettattivi leġittimi – Effett ta’ inċentiv”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Fri-El Acerra Srl (Acerra, l-Italja) (rappreżentanti: M. Todino u P. Fattori, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan u P. Manzini, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/110/UE, tal-15 ta’ Settembru 2010, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 8/09 (ex N 357/08) li l-Italja beħsiebha tagħti lil Fri-El Acerra Srl (ĠU 2011, L 46, p. 28).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Fri-El Acerra Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 30, 29.1.2011.