Language of document : ECLI:EU:T:2012:180

DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

29 ta’ Marzu 2012

Kawża T‑2/12 P

Ayo Soerensen Ferraresi

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Inammissibbiltà manifesta”

Suġġett: Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-25 ta’ Novembru 2009, Soerensen Ferraresi (F‑5/09, ĠabraSP p. I‑A‑1‑453 u II‑A‑1‑2461), intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Deċiżjoni: L-appell huwa miċħud. Ayo Soerensen Ferraresi għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

Sommarju

Appell — Termini — Metodu ta’ kalkolu

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(2))

Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, appell jista’ jsir quddiem il-Qorti Ġenerali, fi żmien xahrejn li jiddekorru min-notifika tad-deċiżjoni kkontestata, mid-deċiżjonijiet finali tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, kif ukoll mid-deċiżjonijiet tiegħu li jaqtgħu parzjalment il-kwistjoni fil-mertu, jew li jikkonkludu kwistjoni ta’ proċedura dwar eċċezzjoni ta’ inkompetenza jew ta’ inammissibbiltà. F’dan ir-rigward, skont l-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, dan it-terminu proċedurali għandu jiżdied darba b’terminu ta’ għaxart ijiem għal raġuni ta’ distanza. It-termini proċedurali u dawk għal raġuni ta’ distanza ma humiex distinti, b’mod li, meta t-terminu proċedurali jiġi fi tmiemu, dan għandu jiżdied b’terminu għal raġuni ta’ distanza ta’ għaxart ijiem.

(ara l-punt 5)