Language of document : ECLI:EU:T:2015:164





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Marzu 2015 –City Cycle Industries vs Il-Kunsill

(Kawża T‑413/13)

“Dumping – Importazzjonijiet ta’ roti mibgħuta mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija – Estensjoni, għal dawn l-importazzjonijiet, tad-dazju antidumping definittiv stabbilit fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina – Evażjoni – Nuqqas ta’ kooperazzjoni – Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Aċċess għall-fajl”

1.                     Proċedura ġudizzjarja – Intervent – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mhux imqajma mill-konvenut – Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 40; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 116(3)) (ara l-punti 42, 43)

2.                     Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Kundizzjonijiet – Motiv ġdid – Kunċett – Tweġiba għal mistoqsija magħmula mill-Qorti Ġenerali bħala miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura – Esklużjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48) (ara l-punt 47)

3.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Żvolġiment tal-investigazzjoni – Setgħat tal-Kummissjoni – Limiti – Obbligu ta’ kooperazzjoni ta’ impriżi suġġetti għal ilment – Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009) (ara l-punti 64, 81)

4.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Evażjoni – Determinazzjoni ta’ evażjoni – Spedizzjoni tal-prodott suġġett għal miżuri antidumping permezz ta’ pajjiżi terzi  – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Ċirkustanzi li ma jippermettux li jiġi konkluż li hemm l-eżistenza ta’ spedizzjonijiet mill-ġdid (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 13(2)) (ara l-punt 99)

5.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Żvolġiment tal-investigazzjoni – Użu ta’ data disponibbli fil-każ ta’ rifjut ta’ ta’ kooperazzjoni tal-impriża – Kundizzjonijiet – Natura alternattiva (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 18(1)) (ara l-punt 108)

6.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Żvolġiment tal-investigazzjoni – Użu ta’ data disponibbli fil-każ ta’ rifjut ta’ kooperazzjoni tal-impriża – Kundizzjonijiet – Informazzjoni falza jew qarrieqa  – Neċessità ta’ aġir intenzjonali  – Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 18(1)) (ara l-punt 117)

7.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Żvolġiment tal-investigazzjoni – Użu ta’ data disponibbli fil-każ ta’ rifjut ta’ kooperazzjoni tal-impriża – Kundizzjonijiet – Wasla ta’ viżta ta’ verifika  – Ċirkustanza li ma tinvolvix għaliha stess konstatazzjoni ta’ kooperazzjoni leali u diliġenti (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 18(1)) (ara l-punti 118, 119)

8.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Żvolġiment tal-investigazzjoni – Teħid inkunsiderazzjoni tal-informazzjoni li ma hijiex ideali fl-aspetti kollha – Kundizzjonijiet – Natura kumulattiva (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 18(3)) (ara l-punt 120)

9.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni li tintuża data disponibbli fil-każ ta’ rifjut ta’ kooperazzjoni tal-impriża suppetta għal investigazzjoni antidumping – Obbligu ta’ istituzzjonijiet li turi l-użu tal-aħjar data possibbli  – Assenza (Artikolu 296 TFUE ; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 18(1)) (ara l-punti 125, 132)

10.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Proporzjonalità – Natura proporzjonata ta’ miżura – Kriterji ta’ evalwazzjoni (ara l-punt 137)

11.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Proċedura antidumping – Drittijiet tad-difiża – Dritt ta’ smigħ – Dritt ta’ aċċess għad-dokumenti mhux kunfidenzjali tal-proċedura (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 6(7)) (ara l-punti 151-153)

12.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Proċedura antidumping – Effett ta’ irregolaritajiet proċedurali fuq il-legalità ta’ regolament li jistitwixxi dazi antidumping – Kundizzjonijiet – Neċessità għall-impriża kkonċernata li twissi lill-istituzzjonijiet bi problemi eventwali li jirriżultaw minn istituzzjonijiet irregolaritajiet proċedurali (ara l-punti 154, 155, 158)

13.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Ugwaljanza fit-trattament – Kunċett (ara l-punt 164)

14.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Evażjoni – Prova tal-eżistenza ta’ dumping b’rabta mal-valuri normali stabbiliti matul l-investigazzjoni inizjali – Determinazzjoni tal-prezz ta’ esportazzjoni – Obbligu li jintuża l-metodu l-iktar xieraq (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 13(1)) (ara l-punti 168, 169, 171, 172)

Suġġett

Talba għal annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013, tad-29 ta’ Mejju 2013, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le (ĠU L 153, p. 1).

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1) u (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013, tad-29 ta’ Mejju 2013, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le, sa fejn jikkonċerna lil City Cycle Industries, huwa annullat.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż ta’ City Cycle Industries kif ukoll l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u Maxcom Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.