Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2014 – NetMed vs UASI – Sander chemisch-pharmazeutische Fabrik (SANDTER 1953)

(Kawża T-21/14)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: NetMed Sàrl (Wasserbillig, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Schafhaus, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sander chemisch-pharmazeutische Fabrik GmbH (Baden-Baden, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-24 ta’ Ottubru 2013 fil-Każ R 1846/2012-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċeduri inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-appell u tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SANDTER 1953” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 10 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 448 887

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Sander chemisch-pharmazeutische Fabrik GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Ġermaniża “Sander” għal prodotti fil-klassijiet 5, 10 u 25; it-trade mark figurattiva internazzjonali protetta fil-Benelux, l-Awstrija u Franza, li tinkludi l-element verbali “SANDER” għal prodotti fil-klassijiet 5, 10 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.