Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2014 – Bos et vs Il-Parlament u l-Kunsill

(Kawża T-23/14) 1

(“Rikors għal annullament – Riforma tar-Regolamenti tal-persunal tal-Unjoni Ewropea u tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea – Tnaqqis sostanzjali tan-numru ta’ ġranet ta’ leave annwali għal uffiċjali u membri tal-persunal f’pajjiż terz – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà manifesta”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Mark Bos (Ankara, it-Turkija); Estelle Kadouch (Ġerusalemm, l-Iżrael); Siegfried Krahl (Lago Sul, il-Brażil); u Eric Lunel (Dakar, is-Senegal) (rappreżentant: F. Krenc, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio u E. Taneva, aġenti); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)

Suġġett

Rikors għal annullament, ippreżentat fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE, tal-Artikolu 1(70) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, p. 15), sa fejn dan jemenda l-Anness X tar-Regolament Nru 31 (KEE)/11 (KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 1962, 45, p. 1385)DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Mark Bos, Estelle Kadouch, Siegfried Krahl u Eric Lunel għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.