Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2014 – Bergallou vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-22/14) 1

(“Rikors għal annullament – Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Unjoni – Sistema inqas favorevoli fil-qasam ta’ ħlas b’rata fissa ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ żieda tal-leave annwali bi ġranet ta’ leave supplimentari għal raġuni ta’ distanza – Nuqqas ta’ interess individwali – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Rabta kawżali – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Amal Bergallou (Lot, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio u E. Taneva, aġenti); u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għal annullament, ippreżentata abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, tal-Artikolu 1(65)(b) u (67)(d) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, p. 15), sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jorbtu d-dritt għal rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali u l-leave għal raġuni ta’ distanza għal dan il-vjaġġ mal-allowance tal-espatrijazzjoni jew ta’ residenza barra mill-pajjiż, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni bbażata fuq l-Artikolu 340 TFUE, intiża għall-kumpens tad-danni materjali u morali allegatament subiti mir-rikorrenti.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Amal Bergallou għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.