Language of document : ECLI:EU:T:2014:954





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Novembru 2014 —
Bergallou vs Il-Parlament u l-Kunsill

(Kawża T‑22/14)

“Rikors għal annullament — Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Unjoni — Sistema inqas favorevoli fil-qasam ta’ ħlas b’rata fissa ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ żieda tal-leave annwali bi ġranet ta’ leave supplimentari għal raġuni ta’ distanza — Nuqqas ta’ interess individwali — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Rabta kawżali — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat fid-dritt”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Att normattiv — Regolament li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-leave għal raġuni ta’ distanza — Rikors ta’ uffiċjal ibbażat fuq id-dritt li jipparteċipa fil-proċeduri ta’ emebda tar-Regolamenti tal-Persunal u l-appartenenza għal ċirku ristrett ta’ uffiċjali affettwati mill-att — Assenza ta’ interess individwali — Inammissibbiltà (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u l-Artikolu 336 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 27 u 28; Regolamenti tal-persunal, Artikolu 10; Anness V, Artikolu 7; Anness VII, Artikolu 8; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1023/2013) (ara l-punti 24, 31, 32, 37, 41, 45-48)

2.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Interess individwali — Oneru tal-prova li jaqa’ fuq ir-rikorrent (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 43, 44)

3.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Rikors ta’ uffiċjal tal-Unjoni li jirrigwarda regolament li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal — Effett fuq l-eżami tal-kundizzjoni tal-interess individwali tal-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà ta’ rikors ipotetiku kontra deċiżjonijiet tal-amministrazzjoni li jimplementaw l-emendi — Assenza (Artikolu 256 TFUE, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u Artikolu 270 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, Artikolu 1; Regolamenti tal-persunal, Artikoli 90 u 91) (ara l-punti 52, 53)

4.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi u ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Kundizzjonijiet ta’ natura kumulattiva — Inammissibbiltà ta’ rikors fil-każ ta’ nuqqas ta’ waħda biss minn dawn il-kundizzjonijiet (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 55)

5.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Kundizzjonijiet kumulattivi — Obbligu għall-qorti li teżaminahom f’ordni ddeterminat — Assenza — Assenza ta’ waħda minn dawn il-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 60, 61)

6.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Rabta kawżali — Dannu mġarrab wara l-adozzjoni allegatament illegali mill-Parlament u l-Kunsill ta’ regolament li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal — Assenza ta’ rabta kawżali diretta bejn id-dannu u d-dispożizzjonijiet ikkontestati (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1023/2013) (ara l-punti 62-64)

Suġġett

Minn naħa, talba għal annullament, ippreżentata abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, tal‑Artikolu 1(65)(b) u (67)(d) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, p. 15), sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jorbtu d-dritt għal rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali u l-leave għal raġuni ta’ distanza għal dan il-vjaġġ mal-allowance tal-espatrijazzjoni jew ta’ residenza barra mill-pajjiż, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni bbażata fuq l-Artikolu 340 TFUE, intiża għall-kumpens tad-danni materjali u morali allegatament subiti mir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Amal Bergallou għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.