Language of document : ECLI:EU:T:2014:956





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Novembru 2014 —
Bos et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T‑23/14)

“Rikors għal annullament — Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea — Tnaqqis sostanzjali tan-numru ta’ ġranet ta’ leave annwali għal uffiċjali u membri tal-persunal f’pajjiż terz — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà manifesta”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Espressjoni astratta — Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 18)

2.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Att normattiv — Regolament li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal fil-qasam tal-leave annwali ta’ uffiċjali assenjati f’pajjiż terz — Rikors ta’ uffiċjal ibbażat fuq il-kwalità tiegħu ta’ uffiċjal tal-Unjoni — Assenza ta’ interess individwali — Inammissibbiltà — Ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja — Assenza (It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1) TUE; Artikoli 256 TFUE, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, 267 TFUE, 270 TFUE u 277 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 47 u 52(7); Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, Artikolu 1; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1023/2013) (ara l-punti 25, 32, 34, 36, 39, 40)

3.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Att normattiv — Regolament li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal fil-qasam tal-leave annwali ta’ uffiċjali assenjati f’pajjiż terz — Rikors ta’ uffiċjal ibbażat fuq il-kapaċità oġġettiva tiegħu ta’ uffiċjal f’pajjiż terz — Ċirkustanza li ma hijiex suffiċjenti sabiex dan jiġi individwalizzat mill-uffiċjali kollha li jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom f’pajjiż terz — Inammissibbiltà (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, Anness X, Artikolu 6; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1023/2013) (ara l-punti 42, 43)

4.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi u ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Kundizzjonijiet għal natura kumulattiva — Inammissibbiltà ta’ rikors fil-każ ta’ nuqqas ta’ waħda minn dawn il-kundizzjonijiet (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 45)

Suġġett

Rikors għal annullament, ippreżentat fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE, tal-Artikolu 1(70) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, p. 15), sa fejn dan jemenda l-Anness X tar-Regolament Nru 31 (KEE)/11 (KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 1962, 45, p. 1385)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mark Bos, Estelle Kadouch, Siegfried Krahl u Eric Lunel għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.